Milied Safi... U mużikali
- Kor Sine Macula
- Dec 20, 2022
- 1 min read
Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru il-Kor Sine Macula u l- Kunsill lokali ta’ Ħal Safi organizzaw kunċert tal-milied bit-tema Milied Safi. Waqt dan il-kunċert, li għalih attendiet udjenza numeruża ġew esegwiti diversi siltiet li ghandom x’jaqsmu ma’ dan iż-żmien ferm sabieħ tal-Milied.

Il-Kor jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li attendew, kif ukoll lil kunsill lokali u l-dawk l-individwi kollha li mingħajrom dan il-kunċert ma kienx ikun possibli.
Issa jmiss ukoll li nhar il-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2022, fis-7.15pm, il-Kor Sine Macula itella’ kunċert ieħor tal-Milied, bit-tema "Paċi Fl-Art". Din id-darba fil-knisja parrokkjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, f’Ħal Safi. F’dan il-kunċert taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg, ser jieħdu sehem ukoll diversi mużiċisti u solisti.

Comments