top of page
Search

Għimmanu-El - Għax Alla Magħna

  • Writer: Kor Sine Macula
    Kor Sine Macula
  • Dec 19, 2023
  • 1 min read

Il-kelma sodisfazzjoni mhux biżżejjed biex tiddeskrivi l-emozzjoni tagħna, wara l-kunċert tal-bieraħ.



Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw, lill- Ħal Safi Local Council u Reġjun Punent tas-sostenn u l-promozzjoni li għamiltu għal dan il-kunċert.



Grazzi kbira tmur ukoll lejn Parroċċa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - Ħal Safi, immexxija mill-Kappillan il-Kan. Ivan Scicluna, li ħalliena għal darb' oħra nagħmlu dan il-kunċert f'din il-knisja, tant għall-qalbna.



Grazzi tmur ukoll lejn il-mużiċisti u il-koristi kollha, li b'tant impenn u ħeġġa għamlu l-kunċert tal-bieraħ wieħed ferm sabiħ.



Grazzi wkoll liż-żgħar tagħna kollha, kemm li daqqew kif ukoll lil dawk li kienu parti mix-xena tan-nativita'. B'dawn it-tfal ninsabu moħħna mistrieħa li l-futur tal-kor huwa wieħed sabiħ ħafna.



Grazzi bla dubju lis-surmast tagħna Alexandra Borg, li b'tant paċenzja u mħabba, tmexxina sabiex inkunu nistaw noħorġu is-siltiet magħżula, bl-aħjar mod possibli.



Iżda fuq kollox, l-akbar grazzi tmur lilkom li l-bieraħ ġejtu bi ħġarkom u għamiltu dan il-kunċert wieħed indimentikabbli.






 
 
 

Comentarios


© 2021 by Kor SIne Macula 

bottom of page