top of page
jum-il-festa-safi-2020-64_50296116568_o.jpg

Min Aħna

"Żiffa ħelwa mill-Mediterran!"
Deskrizzjoni li ingħatat lill-Kor wara kunċert fil-Ġermanja

Il-Kor Sine Macula ilu attiv fix-xena tal-korijiet Maltija u internazzjonali sa mill-1983. Il-membri ġejjin mill-aspetti kollha tal-ħajja u ta' kull età u li huma mir-raħal ta' Ħal Safi, filwaqt li oħrajn ġejjin mill-irħula qrib. Minkejja dan, kulħadd huwa mistieden - l-unika rekwiżit huwa vuċi tajba għall-kant!

Bħala kor huwa residenti fil-Parroċċa ta' Ħal Safi ddedikata għall-Konverżjoni ta' San Pawl filwaqt li janima s-servizz liturġiċi fl-istess parroċċa.

Il-kor kanta wkoll fil-Ġermanja (1992) u Sqallija (2001 u 2008). Fit-tliet opportunitajiet il-kor ngħata akkoljenza tajba, bil-Ġermaniżi jiddeskrivu l-mużika Maltija bħala "żiffa ħelwa mill-Mediterran!"

 

© 2021 by Kor SIne Macula 

bottom of page